Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li waqgħet bieba ta’ trakk fuqu

Ħaddiem isofri feriti gravi hekk kif waqgħet bieba ta’ trakk fuq il-post tax-xogħol fin-Naxxar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq il-Kapella ta’ Santa Marija meta r-raġel ta’ 57 sena residenti Ħ’Attard kellu bżonn l-assistenza medika.

Tim mediku mar fuq il-post sabiex jassistuh filwaqt li ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.