Lokali

Jekk tgħaddi tas-Soċjalisti Ewropej li jridu jimponulna taxxa komuni fl-Ewropa nispiċċaw nitilfu l-impjiegi u l-investiment – Il-Partit Nazzjonalista

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans

Għalxejn Joseph Muscat joqgħod jitkellem u jiftaħar fuq l-investimenti għaliex jekk tgħaddi ta’ sieħbu Frans Timmermans u s-Soċjalisti Ewropej jimponulna taxxa komuni madwar l-Ewropa, l-impjiegi u l-investiment jispiċċaw fix-xejn. 

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li Joseph Muscat diġà wiegħed lil Frans Timmermans li l-MEPs eletti f’isem il-Partit Soċjalista Malti se jappoġġawh. Għalhekk kull vot lill-kandidati tal-Partit Soċjalista Malti huwa vot għal Frans Timmermans, b’detrimenti għall-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta’ pajjiżna bħall-gaming u s-servizzi finanzjarji, li joffru impjieg b’pagi tajbin lil eluf ta’ żgħażagħ u professjonisti. 

L-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju hija waħda ċara bejn is-Soċjalisti li jridu jimponulna taxxa waħda komuni fl-Ewropa u l-abort u bejn il-Partit Nazzjonalista li se jibqa’ jiddefendi d-dritt li niddeċiedu aħna dwar it-taxxa u d-dritt tal-ħajja, ittemm l-istqarrija tal-PN