Lokali

Jitfakkar il-fundatur tad-Dar tal-Providenza tax-xogħol li għamel għal persuni b’diżabilità

Dun Mikiel Azzopardi … persuna li huwa meqjus minn ħafna bħala bniedem li bis-saħħa tiegħu żied l-ugwaljanza għal persuni b’diżabilità.

Fl-anniversarju tat-32 mill-mewt ta’ Dun Mikiel Azzopardi saret ċelebrazzjoni biex jiġi mfakkar ix-xogħol li sar minnu.

Azzopardi kien il-fundatur tad-Dar tal-Providenza fejn minkejja iż-żminijiet diffiċli hu ħadem biex kulħadd jingħata r-rispett, dinjità u drittijiet li f’dawk iż-żminijiet ma kienux jeżistu.

Hu kien jisħaq li persuni b’diżabilità mhumiex nies tat-tieni klassi iżda persuni bi drittijiet ugwali. B’hekk, hu ried joħroġhom fil-beraħ biex juri lil kulħadd li jistgħu jgħatu lis-soċjetà iktar milli n-nies jaħsbu.

Illum il-ġurnata jgħixu madwar 115-il persuna bl-etajiet ivarjaw bejn l-14 u ‘l fuq minn 80 sena, bir-residenzi jinsab f’diversi lokalitajiet madwar Malta.

F’diskors qasir mill-President tal-AKM, Josef DeBono kkritika kliem ta’ mibgħeda lejn persuni b’diżabilità li nstema’ dan l-aħħar filwaqt li ħeġġeġ li tiżdied ir-rispett lejn kull persuna.