Lokali Parlament

“Kelli nivvota kontra minħabba ħabi ta’ informazzjoni”

Meta kien qed jitkellem dwar l-Estimi tal-Awtorita’ tal-Artijiet d-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li huwa vvota kontra minħabba ħabi ta’ nformazzjoni. Tenna li bħala membru tal-Bord tal-Gvernaturi huwa għandu jkollu l-informazzjoni dwar spejjeż li l-flus tagħhom ħadd ma jaf lil min ingħataw.

Huwa kien qed jitkellem fuq spejjeż legali u professjonali ta’ miljun u mitejn elf ewro, somma ta’ ċerta portata, u li meta hu talab “breakdown” dwar min kienu l-benefiċjarji ta’ in l-ispiża, għal darba darbtejn, tali nformazzjoni ma ngħatatax.

Callus qal li fin-nuqqas ta’ informazzjoni mportanti huwa ħass li ma kellux għażla ħlief li jivvota kontra. “Ma kontx lest napprova l-estimi finanzjarji meta ma kellix f’idejja lil min inghataw 1. 2miljun ewro, minn flus tal-poplu”.

Qal li dan żgur mhux l-aqwa żmien għat-trasparenza u kontabbilta’. “M’għandhiex dubju li din l-ispiża ezaġerata ta’ miljun ewro fi ħlasijiet legali hija frott il-ħsara li saret għal tal- qalba fl-awtorita’ fejn avukati kapaci li twarrbu fil-proċess tal-istrutturar, qatgħu qalbhom mill-Awtorita’ u marru mal-privat fejn raw li jekk tkun kapaċi timxi, mhux bħal Gvern, fejn tasal għax taf lil xi ġadd.

Mill-banda l-oħra, is-sitwazzjoni preżenti hija tajba għall-Gvern ħalli jkun jista’ jagħti d-“direct orders” lil tal-qalba kif qed jagħmel kullimkien. Id-Deputat Callus għadda biex ta ħarsa lejn ir-rapport tal-awdituri, fejn dawn għamlu tliet rakkomandazzjonijiet.

L-ewwel rakkomandazzjoni hija skoretta fejn l-awdituri jitolbu li s-“subvention” mill-Gvern tkun spezzattata għal skopijiet partikolari biex wieħed ikun jista’ jsegwi aħjar kif intefqet l-ispiża u jekk intefqitx għar-raġunijiet lilhom mogħtija. Dan mhux il-każ, għaliex fl-estimi tal-baġit, jkun hemm voti speċifiċi għas-salarji tal-ħaddiema, għal manutenzjoni tal-binjiet, etc.

Qal li t-tieni rakkomandazzjoni tal-awditur titkellem dwar kif l-awtorita’ rregistrat dejn ta’ ¾ ta’ miljun ewro. Qal li għalkemm l-ewwel sena tal-awtorita’ jeħtieġ inħarsu lejn sistema fejn ma tagħmilx telf. Eżempju jista jkun li l-awtorita’ ma tidħolx għal spejjeż li mhux normalment kompitu tagħha, u meta tkun mitluba tagħmel dan, titlob finanzjament supllimentari

It-tielet rakkomandazzjoni, hi li l-awtorita’ m’għandhux ikollha kont tal-bank wieħed iżda tissepara id-dħul li tingħata mill-Gvern f’kont għalih u ieħor separat fejn tiġbor dħul ieħor bħal kirjiet, cnus, fidi, etc f’kont ieħor – ġaladarba dawn il-fondi mhumiex jinżammu mill-awtorita’, għax dhul mill-awtorita’ jinżamm ghall-espropriji

Callus reġa’ saħaq dwar il-proposta tal-Oppożizzjoni li d-dħul tal-Awtorita’ jinżamm mill-Awtorita’ sakemm issir ġustizzja ma tant nies li għadhom ma tħallsux tal-esproprijat ta’ ħwejjiġhom “Nifirħu bl-aqwa żmien u li l-Maltin f’qalbna, imbagħad inħallu mijiet ta’ nies mingħajr dak li hu dritt tagħhom

Hatra tal-Acting Chief Officers

Ryan Callus qal liġiet proposta biex fil-futur jinħatru tliet Acting Chief Financial Officers, qal li meta staqsa ghalfejn “acting” u mhux sejha, ir-raġuni kienet li għad irid jiġi ffinaliżżat il-Ftehim Kollettiv il-Ġdid.Din ma kienet xejn għajr skuża biex inpoġġu lil min irridu. Tant hu minnu li filwaqt li użajna l-iskuża tal-“collective agreement” għac-“chief officers”, komplejna noħorgu sejħiet għall-karigi oħra – evidenti l-iskop allura ta’ din il-manuvra.

Callus qal li xtaq jgħid li pero li l-kwistjoni mhijiex il-persuni magħżula, semma biss biss lin-Nutar Marisa Grech, persuna kapaċi bi snin ta’ esperjenza li nhattet “acting chief officer” –li  mhemmx dubbju li din il-persuna jistħoqqilha.

Pero’, l-argument mhuwiex dan, iżda jekk ħaddiehor ingħatax iċ-ċans li japplika. B’din il-mossa, ħaddiehor ma setax lanqas biss ikun ikkunsidrat għaliex l-opportunita’ li wieħed japplika ma ngħatatx. Kien gġalhekk li vvota kontra, għax għal Gvern Laburista, meritokrazija zero.

Backlog ta’ Rikonoxximenti

Callus qal liminkejja fuq suġġett importanti qabel, għadhom jaslulu lmenti ta’ “backlog” eżaġerat ta’ talbiet ta’ rikonoxximent – huwa evidenti li hemm problema u mhix tiġi ndirizzat, tenna wkoll li l-Avviż Legali ta’ trasferiment dwar il-qbiela.

F’dan il-Parlament kien ġie diskuss l-avviż legali dwar it-trasferiment tal-qbiela. X’ġara min dakinhar sal-llum? Il-Gvern ma kienx aċċetta l-proposti tal-Oppożizzjoni sabiex il-qbiela tintired jekk l-aħħar kerrej ikun miet iktar minn sena ilu,

Il-kelliem fisser ukoll id-deċiżjoni strateġika pendenti fuq ħlasijiet mill-liġijiet l-antiki għall-ġodda. Qal li teżisti anomalija bid-dħul fis-seħħ tal-kapitlu 268 u l-kaptilu 573, tat-trasferiment tal-artijiet tal-gvern li daħal fis-seħħ fl-2017 wara l-approvazzjoni tal-parlament.

L-anomalija hija li jeżistu każijiet fejn il-kumpens kif provdut mit-268 huwa ogħla min dak mogħti mill-573. Minħabba din ir-raġuni, hemm numru ta’ każijiet li ilhom pendenti xhur sħaħ sakemm il-Gvern jiddeċiedi x’se jagħmel biex jindirizza din l-anomalija.

“Din il-materja ġiet diskussa diversi drabi fil-bord tal-Gvernaturi, iżda qiegħed inqajjimha hawnhekk, l-ewwel darba għaliex ilha pendenti xhur, jidhirli iktar minn sena, hekk kif jdher li huwa l-Ministru li jrid jiddeċiedi meta se jagħmel xi tibdil fil-liġi jew jekk hux ser ihalli kollox kif inhu u l-individwu jagħżel il-liġi applikabbli

“Li hu żgur li dan id-dewmien fl-ipproċessar tal-ħlasijiet ta’ espropriji passati qed ikompli jtawwal l-inġustizzja li twettqet għexieren ta’ snin ilu, fil-maġġoranza taħt Gvernijiet Laburista passati u iktar ma tkun indirizzata din il-problema malajr, aħjar,” qal Callus.

Fidi ta’ ċnus perpetwi rivedibbli

Finalment Ryan Callus qal li dwar fidi ta’ ċnus, hawnhekk ukoll għandna sitwazzjoni simili fejn ghal dawk iċ-ċnus perpetwi rivedibbli li t-talba daħlet wara id-dħul fis-sehh tal-kaptilu 573, minkejja li għandhom id-dritt jivdu, peress li l-avviż legali ġie abolit permess tal-liġi l-ġdida, sakemm isir l-avviż legali l-ġdid, dawk li għandhom it-titlu ma jistgħux jifdu sakemm il-Gvern idaħħal strument legali ġdid li jissostitwixxi l-antik. Finalment huwa rringrazzja lill-haddiema tal-awtorita’ tal-artijiet, lill-ufficjali mill-kbir saż-żgħir u f’kull grad.