Futbol Sport

Palermo relegati għas-Serie C wara deċiżjoni mit-Tribunal tal-FIGC

Palermo tpoġġew fl-aħħar post tas-Serie B u għalhekk kienu relegati għas-Serie C wara sentenza tat-tribunal tal-FIGC minħabba irregolaritajiet fl-amministrazzjoni tal-klabb Sqalli. L-eks President tal-klabb Maurizio Zamparini ġie deferit, bil-klabb għandu jumejn biex jappella.

B’din id-deċiżjoni, Palermo mhux se jilagħbu l-play-offs biex jippruvaw jiksbu l-promozzjoni u se jkunu Perugia li jieħdu posthom f’din il-fażi. B’hekk Verona jilagħbu kontra Perugia u Spezia jilagħbu kontra Cittadella. Fis-semifinali r-rebbieħ ta’ Verona v Perugia jilgħab kontra Pescara u Benevento jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn Spezia u Cittadella.

Fuq in-naħa l-oħra, flimkien ma’ Palermo, Foggia, Padova u Carpi huma relegati għas-Serie C u b’hekk Salernitana u Venezia mhux se jilagħbu l-play-out biex iżommu posthom.