Lokali

“Se nkomplu nsaħħu r-relazzjoni bilaterali bejn Malta u t-Turkija”

Aktar kmieni wara nofsinhar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia iltaqa’ mal-ambaxxatur tat-Turkija għal Malta Kerem Ahmet Kiratli, fejn matul il-laqgħa kien diskuss ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi…partikolarment fl-isfond storiku li jezisti bejn Malta u t-Turkija.

Adrian Delia tkellem fit-tul dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mat-Turkija. Delia qal li pajjiżna għandu relazzjoni diplomatika tajba mat-Turkija, kif ukoll rabtiet kulturali u ekonomiċi tajbin li rridu u jeħtieġ li nkomplu nibnu fuqhom. Hu laqa’ wkoll il-fatt li l-Qorti Torka illiberat lill-ġurnalista Pelin Ünker.

Matul din il-laqgħa sar skambju ta’ informazzjoni kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jaħdmu flimkien u dwar il-fatt li ż-żewġ pajjiżi għandhom karatteristiċi simili b’element Mediterranju u Ewropew.

Preżenti kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni ghall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carm Mifsud Bonnici u l-kandidata għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Roselyn Borg Knight…li hi is-Segretarju Internazzjonali tal-PN.

L-Ambaxxatur Tork kien akkumpanjat mid-Deputat Kap tal-Ambaxxata Torka f’Malta Fatih Kahraman.

Ritratti: Martin Agius