Lokali Saħħa

Studenti tal-mediċina tal-Università mħassba

Ikomplu jikbru l-isfidi fil-qasam tas-saħħa.

Minkejja l-ħafna wegħdi qabel l-elezzjonijiet li l-Gvern se jkun qed jagħti priorita lil dan il-qasam, jidher li qed jintilef il-kontroll tas-sitwazzjoni f’dan is-settur fid-diversi oqsma tiegħu.

Minbarra l-pressjoni dejjem tikber fuq dawk kollha li jaħdmu f’dan il-qasam, kemm jekk tobba, infermiera jew carers, issa fl-aħħar jiem feġġ inkwiet ġdid anke għall-istudenti tal-mediċina.

Il-ġurnal Times of Malta żvela li studenti tal-iskola Medika Barts se jkunu qed jingħaqdu ma’ dawk tal-Università ta’ Malta u jagħmu l-prattika tagħhom fl-isptar Mater Dei. Dan wassal lill-istudenti tal-Università ta’ Malta biex jesprimu l-biża tagħhom dwar kif dan se jimpatta l-istudji tagħhom meta is-swali kliniċi fejn issir il-prattika huma diġà iffullatti.

Jidher li ż-żieda se tkun ta’ madwar 16-il student, iżda l-organizzazzjoni tal-istudenti tal-mediċina tal-Univeristà ta’ Malta qalet li anke student wieħed aktar jista joħloq problema.

Huma qalu li bħala studenti fil-preżent diġà għandhom diffikultajiet kbar biex isegwu proċeduri partikolari bħal dawk fis-swali tal-obstetrics u pedjatrija – fi kliem iehor, huma qed jinsistu li ma jistghux jaqbbdu u jdahhlu l-istudenti ta’ Barts bla pjan, meta ma hemmx spazju.

U fi zviluppi ohra, fl-aħħar xhur, ghadd kbir ta’ mediċini qed ikunu immarkati bhala “pending order”, fi kliem ieħor out of stock, u qed ikun hemm ukoll sitwazzjonijiet ta’ mediċini ġeneriċi inferjuri li qed jinxtraw mill-Gvern biex jiffranka l-flus.

Anke s-servizz fl-isptar Ġenerali t’Għawdex taħt it-tmexxija ta’ Stewart Healthcare qed jaffaċċja problemi enormi.