Internazzjonali

Tlieta mejta bi vleġeġ f’lukanda fil-Ġermanja

Tliet persuni nstabu mejta bi vleġeġ f’ġisimhom f’kamra ta’ lukanda fil-Bavarja.

Il-Pulizija Ġermaniża qed tinvestiga s-sejba tal-katavri ta’ raġel ta’ 53 sena u żewġ nisà ta’ 30 u 33 sena u li mhumiex ulied ir-raġel.

It-tliet persuni krew kamra waħda għal tlett ijiemi f’lukanda fir-raħal ta’ Passau, fil-lvant tal-pajjiż.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident, iżda fil-kamra fejn instabu il-katavri, il-pulizija sabu wkoll żewġt iqwies.

Il-mejta huma kollha ċittadini Ġermaniżi.