Lokali

Vot li jagħti vuċi lir-residenti – Adrian Delia jżur il-Birgu

Vot lill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju hu garanzija li r-residenti tal-Birgu jingħataw vuċi.

Sostna dan il-Kap tal-PN Adrian Delia  li kompla bis-sensiela ta’ żjarat fir-residenzi u l-ħwienet ta’ diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Hu qal li l-Gvern naqas milli jwettaq dak li wiegħed għall-Birgu, fosthom il-pavimentar fil-Pjazza ewlenija u t-tiswijiet fil-ħofor fit-triq tax-Xatt. Adrian Delia qal li din hi sintomatika tat-telqa tal-Gvern f’dak kollu li qed jagħmel.

Adrian Delia tkellem ukoll id-Day Centre għall-anzjani fejn anki hawn, il-wegħda li titjieb l-aċċessibilita’ għaċ-ċentru ma twettqitx.

Bl-għajnuna tal-vot tal-pubbliku, il-Partit Nazzjonalista jista’ jkun leħen għar-residenti Ġirbin.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Michael Briguglio u kandidati għall-elezzjonijiet lokali.