Futbol Sport

Yaya Toure imur kontra l-aġent tiegħu

Toure ilu ma jilgħab minn Diċembru li għadda

Il-midfielder Yaya Toure kkonferma li għadu ma rtirax mill-futbol milgħub, jiem biss wara li l-aġent tiegħu qal li l-plejer mill-Kosta tal-Avorju kien irtira u lest jibda karriera bħala kowċ. Hu qal dan il-Ħadd wara nofsinhar meta kien qed jikkumenta wara li l-eks tim tiegħu Manchester City rebħu l-Premier League f’Brighton.

“Kien hemm ħafna konfużjoni dwar il-futur tiegħi riċentament. Irrid nagħmilha ċara hawn li jien inħobb il-futbol u għadni fil-ħsieb li nilgħab għal ftit snin oħra. Iva qed nipprepara lili nnifsi biex inġib il-liċenzji tal-kowċ iżda mhux qed naħseb bħalissa li nkun iffukat biss bħala kowċ.”

Toure ħalla lil Manchester City is-sena l-oħra wara tmien staġuni biex ingħaqad mal-eks tim tiegħu Olympiakos. Iżda hu ħalla l-klabb Grieg tliet xhur wara u ilu ma jilgħab minn Diċembru li għadda. “Jien lest u ffukat biex nilqa’ sfidi ġodda fil-futbol milgħub. Tinkwetawx meta ż-żmien jasal, inħabbar jien stess b’mod personali u uffiċjalment li rtirajt,” qal Toure.