Hackers irnexxielhom jagħmlu software ta’ sorveljanza fuq il-mowbajls u apparat ieħor li tista’ tuża l-app tal-messaġġi WhatsApp.
Kelliema ta’ WhatsApp, li huwa proprjetà ta’ Facebook, qalu li l-attakk kien immirat għal “numru magħżul” ta’ utenti, u kien orkestrat minn “attur elettroniku avvanzat”.
Rapporti qalu li l-Ġimgħa instabet soluzzjoni għal dan u l-app mill-ġdid protteta.
Nhar it-Tnejn li għadda WhatsApp ħeġġeġ lill-utenti kollha li jilħaq għal kważi 1.5 biljun biex jaġġornaw l-apps tagħhom bħala prekawzjoni addizzjonali.
L-attakk ġie magħruf għall-ewwel darba aktar kmieni dan ix-xahar.
//= $special ?>