Lokali

FILMAT: Tkompli l-kampanja negattiva tal-Gvern, b’tgħajjir u insulti

Attakk wara ieħor mill-Kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Josef Caruana waqt il-programm Realtà tat-Tnejn filgħaxija, fejn anki hu ammetta li sodisfatt li qed jattakka lill-PN.

Dan id-dibattitu fuq ix-Xandir Nazzjonali kien mimli insulti mill-esponanti Laburisti; xi haga sintomatika ta’ din il-kampanja.

Ma’ Josef Caruana kompla wkoll il-kandidat l-iehor Alex Saliba, fejn għajjar lin-Nazzjonalisti bħala sriep valenużi.

Minkejja l-interruzzjonijiet kontinwi, il-kandidati tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Roselyn Borg Knight u Frank Psaila tkellmu fuq politika Ewropea Maltija li sservi ta’ ġid għall-poplu Malti u Għawdxi.

Esponenti Soċjalisti fil-programm komplew jinterompu lill-kelliema tal-PN, fejn ħareġ biċ-ċar li dan kien l-irwol tagħhom tul id-dibattitu – li jtellfu lill-kandidati Nazzjonalisti milli jwasslu l-messaġġ.