Futbol Sport

Gianluca Rocchi se jikkontrolla l-finali tal-Europa League

Il-finali tal-UEFA Europa League bejn Chelsea u Arsenal se tkun ikkontrollata mir-referee Taljan Gianluca Rocchi. Ir-referee minn Firenze ilu internazzjonali mill-2008 u f’dan l-istaġun ikkontrolla sitt logħbiet fil-UEFA Champions League.

Il-finali li se tintlagħab f’Baku se tkun it-tieni finali importanti li Rocchi se jikkontrolla wara li fl-istaġun li għadda, Rocchi kkontrolla l-logħba fil-finali tas-Super Cup Ewropea bejn Real Madrid u Manchester United. Fil-passat, Rocchi kien ir-raba’ uffiċjal fil-finali tal-UEFA Europa League fl-2010 bejn Atletico Madrid u Fulham kif ukoll fl-istaġun 2016/2017 bejn Ajax u Manchester United.

Hu se jkun mgħejjun minn Filippo Meli u Lorenzo Manganelli bħala assistenti referees filwaqt li r-raba’ uffiċjal se jkun Daniele Orsato. It-tim tal-Video Assistant Referee (VAR) se jkun immexxi minn Massimiliano Irrati, bl-għajnuna ta’ Marco Guida, Szymon Marciniak u Pawel Sokolnicki.