Lokali Unjoni Ewropea

Il-Kamra tal-Kummerċ tinsisti li din hi elezzjoni “għall-aqwa rappreżentanti tagħna bħala MEPs”

Fil-25 ta’ Mejju li ġej “irridu nagħżlu l-aqwa ambaxxaturi tagħna għall-Parlament Ewropew”.

Dan ħareġ minn stqarrija pubblikata dalgħodu mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija fejn intqal li il-kampanja għandha toħroġ l-aqwa kwalitajiet tal-kandidati li qed jikkontestaw, u mhux ikollna battibekki politiċi li jkunu ta’ detriment għal pajjiżna.

Il-fatt li din hi elezzjoni biex nagħżlu l-aħjar MEPs kien espress diversi drabi mill-Kap tal-PN Adrian Delia, kuntrarju għall-Prim Ministru illi qed jibqa’ jinsisti li din hija sfida bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Kamra tal-Kummerċ tgħid ukoll li l-elettorat għandu jifhem ir-riperkussjonijiet ta’ tibdil fis-sistema ta’ tassazzjoni tagħna. “Din hi xi ħaġa kruċjali għal Malta sabiex tibqa’ tattira l-investiment”, tgħid l-istqarrija.