Wara 9 xhur minn mindu infetħet il-kawża fil-Qorti Kostituzzjonali, l-Imħallef Robert Mangion illum ċaħad il-pubblikazzjoni tar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant – deċiżjoni li dwarha l-Kap tal-PN Adrian Delia se jappella.
F’seduta qasira kmieni dalgħodu, l-Imħallef qara parti mid-deċiżjoni tiegħu, mingħajr ma ingħataw ir-raġunijiet legali għal din id-deċiżjoni.
Il-Qorti iċda rrikonoxxiet ir-rwol importanti tal-Oppozizzjoni li tgħasses fl-interess pubbliku, u rrikonoxxiet li t-talba tal-Oppoċizzjoni għandha importanza pubblika.
Għalhekk, il-Kap tal-PN insista li se jkun qed jappella ħalli r-rapport jiġi ippublikat b’mod sħiħ. “In-nies għandhom dritt ikunu jafu l-verità”, sostna Adrian Delia.
Fost l-ewwel reazzjonijiet għal dak li seħħ fil-Qorti dalgħodu kien hemm dik tad-deputat Simon Busuttil illi fuq Twitter insista li l-Prim Ministru għandu immedjatament jippubblika r-Rapport Egrant u jħalli n-nies jiġġudikaw.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>