Lokali

Xufier ta’ mutur l-Isptar wara inċident fil-Furjana

Illum, għall-ħabta tad-disgħa u għoxrin, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza ġewwa Triq il-Vittmi Furjaniżi tal-Gwerra, il-Furjana.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar jidher li għal xi raġel Taljan ta’ 44 sena u residenti Raħal Ġdid tilef il-kontrol u waqa’ minn fuq il-mutur tal-għamla Biaggio Beverly.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.