Illum fit-Trophies Lounge fil-Millenium Stand tħabbru l-finalisti tat-12-il kategorija għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-MFA Awards li se ssir il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. L-aktar unur mistenni hu dak tal-Plejer tas-Sena tal-MFA bil-ħames finalisti li ġejjin mill-klabbs ta’ Valletta u Hibernians se jippruvaw jiksbu l-unur għall-ewwel darba.
Għall-ewwel darba f’din l-edizzjoni se jitħabbru wkoll persuni li se jidħlu fil-Hall of Fame tal-MFA. Dawn se jkunu ġejjin minn tliet kategoriji li huma minn Għawdex, Kowċis kif ukoll dawk li mhux biss taw kontribut il-futbol iżda saħansitra setgħu lagħbu barra l-pajjiż u mat-tim nazzjonali Malti. Waqt is-serata finali jitħabbru wkoll l-unuri tal-Aqwa Partitarji għal dan l-istaġun kif ukoll jiġi magħżul l-isbaħ gowl tal-istaġun mill-għaxra finalisti li jitħabbru aktar tard.
Is-serata tal-MFA Awards se tagħlaq jumejn impenjattivi għall-assoċjazzjoni Maltija hekk kif fit-23 u fl-24 ta’ Mejju se jkun organizzat Football Symposium fejn se jkun diskuss is-suġġett tal-opportunitajiet fid-dinja diġitali. Fost il-mistiedna li se jattendu għal din il-konferenza se jkun hemm il-Ġurnalist Taljan ta’ Sky Italia Gianluca di Marzio u Roman Putsch, il-persuna responsabbli mill-Marketing tal-UEFA. Il-mistieden speċjali tas-serata se jkun l-eks difensur Taljan Gianluca Zambrotta.
Din l-edizzjoni qed tkun kordinata mill-Viċi President tal-MFA Matthew Paris u s-serata se tkun preżentata minn tliet preżentaturi tal-istazzjonijiet li għandhom programm tal-futbol; Sarah Agius mill-programm ta’ Net Television Replay Preview, Dorianne Mamo minn 90 Minuta għal TVM u Clinton Buhagiar minn L-Argument għal One.
Il-finalisti kollha
MFA Plejer tas-Sena: Andrei Agius (Hibernians), Henry Bonello (Valletta), Steve Borg (Valletta), Jake Grech (Hibernians), Rowen Muscat (Valletta)
L-Aqwa Kowċ tas-Sena: Vincenzo Potenza (Senglea Athletic), Stefano Sanderra (Hibernians), Giovanni Tedesco (Ħamrun Spartans)
L-Aqwa Żagħżugħ tas-Sena: Juan Corbalan (Gżira United), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Joseph Mbong (Hibernians)
L-Aqwa Barrani tas-Sena: Miguel Alba (Valletta), Haruna Garba (Gżira United), Taylon Marcolino (Hibernians)
L-Aqwa Plejer tal-Ewwel Diviżjoni: Ige Adeshina (Sirens), Jurgen Debono (Naxxar Lions), Jackson Lima (Gudja United)
L-Aqwa Plejer tat-Tieni Diviżjoni: Lazar Doric (Mġarr United), Gilbert Martin (Fgura United), Felipe Pedrosa de Almeida (Birżebbuġa St Peters)
L-Aqwa Plejer tat-Tielet Diviżjoni: Bledi Alla (Attard), Claudio Calleja (Żurrieq), Lian Xuereb (Msida St Joseph)
L-Aqwa Plejer tal-Minors: Shaun Dimech (Valletta), Paul Mbong (Birkirkara), Andreas Vella (Hibernians)
Il-Plejer tas-Sena tan-nisa: Brenda Borg (Mġarr United), Hailey Bugeja (Mġarr United), Stephania Farrugia (Birkirkara)
L-Aqwa Plejer U19 tan-nisa: Hayley Bugeja (Mġarr United), Lucia Maya (Raiders Luxol), Kailey Willis (Birkirkara)
Futsal Plejer tas-Sena: Celino Alves (Luxol), Camilo Gomez (Valletta), Leanderson Sant’ Anna Coriolano (Luxol)
GFA Plejer tas-Sena: Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs), Shaun Attard (Nadur Youngsters), Adrian Parnis (Victoria Hotspurs)
//= $special ?>