Il-Prim Ministru u mexxej Soċjalista Joseph Muscat qed jerġa’ jaħrab minn dibattitu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Dan hekk kif Joseph Muscat mhux se jattendi għad-dibattitu tal-Ġimgħa waqt il-programm Xarabank, biex b’hekk mhux se jilqa’ l-isfida li għamillu Adrian Delia fl-aħħar sigħat.
Deċiżjoni li ttieħdet mit-tmexxija tal-Partit Laburista, u li skont sorsi li tkellmu mal-gazzetta Illum hi waħda strateġika, ftit jiem biss wara li Joseph Muscat ftit li xejn qata’ figura tajba waqt dibattitu ma’ Adrian Delia fil-programm Xtra.
Matul dan id-dibattitu, l-ewwel wieħed wara sena u nofs jirrifjuta li jiddiskuti ras imb’ras ma’ Adrian Delia, Joseph Muscat deher skomdu u taħt pressjoni.
Tant hu hekk li Joseph Muscat spiċċat tiżloqlu d-dikjarazzjoni li jrid lill-barranin jaħdmu fix-xemx u jkissru darhom sakemm, ippressat mill-kontroversja u l-kritika, kellu jammetti li żbalja.
//= $special ?>