Residenti f’Tal-Pietà ilhom jesprimu diżappunt kbir minħabba li l-għassa tal-lokalita’ ħafna mill-jiem tkun magħluqa u dawk kollha li jkollhom bżonn l-assistenza f’dan il-lokal, ikollhom jirrikorru lejn l-għassa tal-Ħamrun.
Iżda issa, dan id-diżappunt żdied, hekk kif wara li l-għassa tal-lokal qed tintuża sabiex jinġabru l-voti minnha, ħareġ ċar kif l-għassa tinsab f’telqa kbira.
Filfatt ritratti li rċieva NET NEWS, juru kif ma’ ħalba xita, l-għassa qed timtela’ bl-ilma u b’biċċiet mis-saqaf qed jaqgħu.
Din qed tpoġġi mhux biss lill-ħaddiema f’periklu, iżda wkoll lil dawk kollha li qed imorru jiġbru l-voti filfatt għadu mhux magħruf jekk il-voti humiex se jkomplu jinġabru minn hemm.
//= $special ?>