Futbol Sport

Robin van Persie jirtira fl-età ta’ 35 sena

(Ritratt: Feyenoord)

L-attakkant Robin van Persie rtira mill-futbol milgħub fl-età ta’ 35 sena. Hu lagħab 700 logħba bħala plejer professjonali iżda beda u spiċċa l-karriera ma’ Feyenoord. L-ewwel logħba tiegħu tmur lura għal Frar tal-2002 u 17-il sena wara l-logħba waqfet meta kien mibdul fit-92 minuta, b’van Persie jieqaf f’nofs il-grawnd biex isellem il-partitarji tiegħu.

L-aktar mumenti feliċi ta’ van Persie kien fil-Premier League Ingliż fejn lagħab ma’ Arsenal u Manchester United. Fl-2012 u fl-2013 rebaħ l-aqwa  skorer tal-kampjonat, f’karriera li fiha skorja total ta’ 271 gowl mal-klabbs li lagħab. Hu rebaħ darbtejn il-Community Shield, FA Cup, Premier League, it-Tazza u s-Super Cup Olandiża kif ukoll it-Tazza UEFA.