Sport Sport Ieħor

Rosello Cassar se jikkompeti fl-avveniment Doorslammers fl-Ingilterra

Is-sewwieq popolari tad-Drag Racing Rosello Cassar se jkun qed jikkompeti f’avveniment bl-isem ta’ Doorslammers f’Santa Pod fl-Ingilterra bejn is-17 u d-19 ta’ Mejju. Cassar qed jiċċelebra għoxrin sena ta’ sewqan u se jkun qed jikkompeti fl-Ingilterra bl-Escort Mk1.

Doorslammers hu avveniment li kien popolari ħafna fis-snin 70 u s-snin 80 fl-istess trakka ta’ Santa Pod. Dan l-avveniment reġa’ beda ftit tas-snin ilu, b’format ġdid li hu akbar u sar aktar popolari.

Minbarra Rosello Cassar, se jkun hemm ukoll sewwieq Malti ieħor li hu Paul Fenech. Hu se jsuq karozza Escort ukoll iżda din id-darba ta’ Andy Harris. Iż-żewġ sewwieqa huma membri tal-Malta Drag Racing Association u jiksbu suċċess regolari fit-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far.