Sport Sport Ieħor

Stephen Vella jirbaħ kompetizzjoni tat-trap

Stephen Vella rebaħ it-trofew Steve Azzopardi tat-trap. Din il-kompetizzjoni li saret fil-Qormi Clay Shooting Club fuq tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni ta’ 25 plattina flimkien mal-fażi finali. Nico Schiavone ngħaqad ma’ Vella fuq il-podju bit-tieni post segwit minn Christopher Vella.

Is-sitt finalisti li kkwalifikaw skont ir-riżultati fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni kienu Christopher Vella (67/75), Christopher Farrugia (65/75), Stephen Vella (64/75), George Mifsud (63/75), John Marmara (61/75) u Nico Sciberras (60/75).

Minkejja li kiseb it-tieni l-aħjar riżultat, Farrugia kien eliminat l-ewwel wara li laqat biss 14-il plattina minn 25. George Mifsud spiċċa fil-ħames post b’total ta’ 19/30 filwaqt li John Marmara kellu jikkuntenta bir-raba’ post wara li tilef dwell ma’ Christopher Vella. Tal-aħħar tilef irnexxielu jikseb post fuq il-podju iżda kien diffiċli għalih biex jasal sal-finali li kienet kontestata minn Stephen Vella u Nico Sciberras. Sa qabel l-aħħar rawnd, Vella kien laqat plattina anqas bħala total iżda fil-finali u laqat 9/10 kontra l-ħamsa ta’ Sciberras biex rebaħ b’distakk ta’ tliet plattini fit-total minn Sciberras.

Il-programm tat-trap tal-Federazzjoni Maltija tal-Isparar ikompli l-Ħadd li ġej fix-Shooting Range tal-Bidnija bit-trofew M. Busuttil Builders.

L-ewwel tliet tiraturi fil-klassijiet rispettivi għalqu t-tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni b’dawn ir-riżultati:

Klassi A:George Mifsud (63/75), John Marmara (61/75), Nicholas Carabott (53/75)

Klassi B: Christopher Vella (67/75), Christopher Farrugia (65/75), Stephen Vella (64/75)

Klassi Ċ:George Grech (48/75), Steve Azzopardi (41/75), Redeemer Portelli (35/75)

Tags