Sport Sport Ieħor

Ackermann jegħleb lil Gaviria u jirbaħ fil-ħames stadju tal-Giro d’Italia

(Ritratt: EPA)

Il-Ġermaniż Pascal Ackermann rebaħ it-tieni stadju tiegħu f’din l-edizzjoni tal-Giro d’Italia, hekk kif ir-rebbieħ tal-2017 Tom Dumoulin irtira minħabba li weġġa’. Ackermann ippjana biex jagħmel l-isprint fl-aħjar mument biex għeleb lil Fernando Gaviria b’nofs rota. Iċ-ċiklist ta’ 25 sena qed jikkompeti għall-ewwel darba fil-Giro d’Italia u f’dan l-istaġun kiseb total ta’ ħames rebħiet.

Dumoulin irtira minħabba li weġġa’ l-irkoppa meta waqa’ fir-raba’ stadju u spiċċa biex tilef erba’ minuti filwaqt li kellu jaqsam il-linja finali bl-għajnuna ta’ sħabu. Dumoulin kien dikjarat tajjeb mit-tim mediku biex ikompli u qabel l-istadju kien stqarr li tal-anqas ried jipprova. Iżda t-tim tiegħu Team Sunweb kiteb fuq twitter u ddikjaraw li l-uġigħ li sofra kienu wisq biex ikompli.

Kif spiċċaw il-ħames stadju:1. Pascal Ackermann 3:27.05, 2. Fernando Gaviria, 3. Arnaud Demare, 4. Caleb Ewan, 5. Matteo Moschetti      

Klassifika ġenerali:1. Primoz Roglic 16:19.20, 2. Simon Yates +0.35, 3. Vincenzo Nibali +0.39, 4. Miguel Angel Lopez +0.44, 5. Diego Ulissi +0.44