Lokali

Avviż mill-Kummissjoni Elettorali għal min se jivvota s-Sibt li ġej

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk li jixtiequ jivvutaw is-Sibt li ġej minflok is-Sibt 25 ta’ Mejju minħabba safar jew sptar li jistgħu imorru l-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar jew fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, biex jieħdu l-ġurament kif mitlub mil-liġi.

Il-ħinijiet huma: Illum l-Erbgħa u għada l-Ħamis: mit-8.00 a.m. sas-1.30 p.m. u mit-3.00 p.m. sat-7.00 p.m. Il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju (l-aħħar nofstanhar) mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Kull applikant għandu jieħu l-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu. Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fit-18 ta’ Mejju li jrid ikollhom id-dokument/i tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.