L-ewwel Semi Finali tal-Eurovision Song Contest f’Tel Aviv li saret ilbieraħ naqset milli timpressjona lid-dilettanti ta’ dan il-festival, hekk kif ftit kienu dawk il-kanzunetti li ħallew marka.
Għall-ħames sena konsekuttiva, l-Awstralja għaddiet għall-finali tas-Sibt bil-kanzunetta Zero Gravity.
Id-DJ popolari Darude – sinonimu għall-produzzjoni tiegħu Sandstorm – ma tantx niżel tajjeb, tant li l-Finlandja spiċċat eliminata.
Apparti l-Awstralja, għaddew ukoll il-Belarus, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Iżlanda, is-Serbja, is-Slovenja u San Marino.
L-10 kanzunetti li għaddew mill-ewwel semi finali issa jingħaqdu mas-sitta l-kbar, jiġfieri Iżrael, li qed tospita l-kompetizzjoni, Spanja, l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja.
Issa f’pajjiżna, l-istennija għall-Ħamis meta ssir it-tieni semi-finali, li fiha tipparteċipa l-kantanta Maltija Michela bil-kanzunetta tagħha Chameloen. Michela se tkun qed tkanta fil-11-il post.
//= $special ?>