Kunsilli Lokali Lokali

Ian Borg bi trattament ‘red carpet’ għal canvasser tiegħu

Kif se jeqirdu l-Kunsilli Lokali

Dan il-post ittella llum fuq il-FB minn Mark Camilleri. Mark Camilleri huwa canvasser tal-Ministru Ian Borg u wieħed mill-kandidati tal-Partit Laburista. B’dan il-post, Camilleri qed jittama li seraq voti għalih innifsu u anki għall-Ministru Ian Borg hekk kif dan qed jisemma fit-tiġrija għall-leadership tal-Partit Laburista.

Li ma jdoqq xejn tajjeb hu kif canvasser ta’ Ministru rnexxielu jdawwar żewġ rotot tat-trasport pubbliku mil-lum għall-għada.

Dan meta Kunsilli Lokali spiss jitkellmu dwar diffikultajiet enormi meta jiġu biex imqar jitolbu tibdil żgħir ħafna fir-rotot fil-lokalitajiet tagħhom.

Jidher li Camilleri ħa vantaġġ ġmielu minn dan il-“pjaċir” li għamel lil xi Żebbuġin. Mossa li ntużat biex tpoġġi fi żvantaġġ ċar lil-kandidati l-oħra kemm tal-Partit Laburista, kif ukoll il-kandidati l-oħra.

Iż-Żebbuġin isaqsu għaliex din it-“talba” ta’ Mark Camilleri ntlaqgħet propju issa, 10 ijiem qabel l-elezzjoni u għaġeb tal-għeġubijiet se tibda mill-lum stess. Qed jistaqsu wkoll jekk il-Kunsill kienx għamel talba simili, u jekk għamilha meta għamilha u għaliex ma ntlaqgħetx qabel.

B’din il-mossa, Camilleri laħaq 3 miri. Imbubattura sew lilu nnifsu biex jiġi minn ta’ quddiem fost sħabu, oħra għal Ian Borg aktar ‘il quddiem u riklam bla ħlas lil Alex Agius Saliba