Iċ-ċiklist Malti/Awstraljan Alexander James Smyth rebaħ l-ewwel tiġrija minn tlieta fil-kampjonat nazzjonali tat-triq li sar fiċ-ċirkwit ta’ San Martin. Iċ-ċiklist ta’ Carnegie Caulfield CC għamel is-seba’ dawriet ta’ 60.2km f’ħin ta’ 1:43.27.
Iċ-champion nazzjonali Marie Claire Aquilina rebħet il-kategorija l-oħra prinċipali tan-nisa. Hi għamlet il-ħames dawriet tagħha ta’ 43km f’1:21.43. F’din il-kategorija l-podju hu kollu magħmul minn ċiklisti ta’ Team Greens. Spikka wkoll is-suċċess tal-aħwa Għawdxin Brandon u Darren Sultana ta’ Gozo CC li ddominaw il-kategoriji ta’ taħt it-23 sena u s-16-il sena rispettivament.
Fil-kategorija tal-Masters 40+, Ivan Zammit ta’ Birkirkara St Joseph SC spiċċa s-sitt dawriet tiegħu b’distanza ta’ 51.6km f’ħin ta’ 1:18.03. Joseph Micallef ta’ Team Greens rebaħ il-kategorija tal-Masters 50+ f’ħin ta’ 1:22.27.
It-tiġrija li jmiss minn dan il-kampjonat se ssir nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju f’Ta’ Pinellu.
Ir-riżultati
Elite
1. Alexander James Smyth Carnegie Caulfield CC 1:43.27
2. Etienne Bonello Team Greens CC 1:43.38
3. William Hili Mosta AF Sign Studio CC 1:43.45
Nisa
1. Marie Claire Aquilina Team Greens 1:21.43
2. Lara Buttigieg Team Greens 1:33.29
3. Michele Vella Wood Team Greens 1:38.31
Taħt it-23 sena
1. Brandon Sultana Gozo CC 1:44.11
2. Nicholas Attard Montalto The Cyclist 1:51.04
3. Carl Xuereb Mosta AF Sign Studio CC 1:53.34
Juniors
1. Nikol Micallef Mosta AF Sign Studio CC 1:36.57
2. Clive Chetcuti Mosta AF Sign Studio CC 1:39.23
3. Luke Borg The Cyclist 1:40.02
Masters 40+
1. Ivan Zammit Birkirkara St Joseph SC 1:18.03
2. Malcolm Cachia The Cyclist 1:18.04
3. Brain Rogers Birkirkara St Joseph SC 1:18.57
Masters 50+
1. Joseph Micallef Team Greens 1:22.27
2. Steve Mifsud Mosta AF Sign Studio CC 1:24.09
3. Joseph Zammit Team Greens 1:31.59
Taħt is-16-il sena maskili
1. Darren Sultana Gozo CC 1:05.47
2. Jacob Schembri Mosta AF Sign Studio CC 1:07.26
3. Matthew Galea Pirotta Mosta AF Sign Studio CC 1:07.27
Taħt is-16-il sena femminili
1. Kristina Spiteri The Cyclist 1:16.27
Taħt l-14-il sena maskili
1. Jaeken Galea Mosta AF Sign Studio CC 0:51.55
2. Kai Azzopardi The Cyclist 0:52.30
3. Miguel Galea The Cyclist 0:55.12
Taħt l-14-il sena femminili
1. Hannah Dandria Mosta AF Sign Studio CC 1:00.47
2. Valentina Soler Mosta AF Sign Studio CC 1:07.40
Taħt it-12-il sena maskili
1. Jonas Micallef Mosta AF Sign Studio CC 6:17.21
2. Keith Sultana Gozo CC 7.29.10
3. Luca Teuma Mosta AF Sign Studio CC 8.20.32
Taħt it-12-il sena femminili
1. Kate Vella Team Greens CC 11:05.22
//= $special ?>