Internazzjonali Saħħa

Is-Senat ta’ Alabama japprova liġi biex iwaqqaf l-abort

L-Istat Amerikan ta’ Alabama approva liġi li se tagħmilha kważi impossibbli li jsir abort. Il-liġi għaddiet b’25 vot favur u 6 kontra. Aktar kmieni dan ix-xahar, l-istess liġi kontra l-abort kienet diġa’ approvata mill-Kamra tar-Rappreżentanti.

Issa jonqos biss l-approvazzjoni tal-Gvernatur Repubblikan Kay Ivey, illi hi magħrufa għall-pożizzjoni iebsa tagħha kontra l-abort.

Il-liġi l-ġdida mistennija tisfida deċiżjoni tal-Qorti Suprema fl-1973 illi kienet għamlitha legali fl-Istati Uniti li jsir l-abort.