Tkompli x-xejra konsistenti ta’ żidiet fil-prezzijiet – żidiet li mill-ġdid kienu konfermati mill-aħħar statistika ppublikata illum mill-NSO.
Iċ-ċifri għal April li għadda juru żieda fl-Indiċi tal-Prezzijiet, minn 1.3 fil-mija għal 1.7 fil-mija. L-NSO b’dawn iċ-ċifri tikkonferma li mill-bidu tas-sena, xahar wara l-ieħor, kellna żidiet regolari fl-għoli tal-ħajja.
L-akbar żidiet kienu fil-prezzijiet li qed iħallsu l-Maltin u t-turisti fir-ristoranti u anke l-lukandi. Mill-ġdid, kien hemm żieda konsiderevoli anke fil-prezz tal-ikel li nixtru.
Iċ-ċifri tal-NSO għax-xahar li għadda juru żieda fi spejjeż ralatati ma’ gass, ilma, elettriku u l-housing, spejjeż relatati ma’ trasport, prezzijiet ta’ servizzi varji kif ukoll spejjeż relatati ma’ saħħa.
Il-Kap tal-PN Adrian Delia ilu xhur jirrimarka dwar ix-xejra inkwetanti marbuta mal-għoli tal-ħajja, u kif il-Gvern ma jimpurtahx minn dan kollu – sitwazzjoni li qed tolqot ħażin lil diversi familji, ħaddiema, żgħażagħ u pensjonanti.
