Raġel ta’ 33 sena residenti f’Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara impatt bejn il-mutur li kien qed isuq, u vettura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu, fi Triq Dun Gejtano Mannarino, f’Birkirkara.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li l-impatt seħħ bejn il-mutur Piaggio X8 u vettura tat-tip Honda Accord misjuqa minn anzjan ta’ 71 sena li wkoll hu residenti f’Birkirkara.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>