Sport Sport Ieħor

Sliema Hotsticks fis-semifinali tan-knock-out b’rimonta fit-tieni taqsima

Wara d-diżappunt li fallew il-kampjonat, Sliema Hotsticks għaddew għas-semifinali tan-knock-out b’rebħa ta’ 5-2 kontra Floriana Young Stars fir-rawnd preliminari.

Kienu Sliema li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Luke Brincat iżda sa tmiem l-ewwel taqsima, Floriana Young Stars dawru l-logħba b’gowls ta’ Luke Borg Costanzi u Mark Camilleri. Sliema Hotsticks ħarġu jfittxu l-gowl immedjat u rnexxielhom jerġgħu jmorru fil-vantaġġ b’gowls minn Lukas Plaehn, Julian Zahra, Christian Sammut u Shaun Grima.

Il-kompetizzjoni tkompli l-Ħadd li ġej biż-żewġ semifinali. Fid-9.00am Rabat jisfidaw liċ-champions Qormi Daikin filwaqt li fil-11.00am tintlagħab il-logħba bejn Sliema Hotsticks u White Hart.

Tags