Lokali Qorti

IL-ĦRUQ TAL-ARK: Bjorn Grima jwieġeb mhux ħati; jinħeles mill-arrest

Bjorn Grima, missier ta’ żewġt itfal, wieġeb mhux ħati li kkawża nirien li waslu għall-qerda totali tal-ark ta’ San Publiju fil-Floriana. Kawza tal-istess nirien kienu nqerdu wkoll erba’ karozzi.

Grima, ta’ 33 sena, ġie identifikat wara li l-Pulizija rat aktar minn 50 filmat miġbuda minn kameras tas-sigurtà fiż-żona. Dan wara li kienu identifikati wkoll il-vettura u  l-mobile reġistrat f’isem Grima.

L-Avukat Franco Debono, li deher għall-akkużat, qal li l-Pulizija m’għandha l-ebda prova li l-vettura u l-mobile reġistrati fuq Bjorn Grima ma kinux qed jintużaw minn xi ħadd ieħor f’dak il-ħin tar-reat.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba ta’ ħelsien mill-arrest. Dan minħabba li diversi xhieda għadhom iridu jissejhu l-Qorti. Dan ifisser li l-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha ma spiċċatx.

Izda l-Maġistrat Audrey Demicoli laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom li Bjorn Grima jiffirma kuljum fl-għassa tal-Belt, filwaqt li ordnat depożitu ta’ €7,000 u garanzija personali ta’ €7,000 oħra.

L-Ark ta’ San Puliju fil-Floriana kien inqered għal kollox wara li nħakem minn fjammi kbar f’April li ghadda…ftit jiem biss qabel il-festa ta’ San Publiju.