Id-Dipartiment tad-Dwana qabad 5,370 par żarbun tal-footbal foloz li kienu f’container fil-Freeport. Iż-żraben kienu ta’ marki rinomati. Dan wara li kienet inqabdet konsenja oħra ta’ ħwejjeġ u żraben.
Rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpanijiright holders rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati (trademarks), ikkonfermaw l-illegalita’ ta’ dawn il-konsenji,
Iż-żraben kienu moħbija wara konsenja ta’ tazzi tal-plastik.
Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.
//= $special ?>