Illejla eluf ta’ Maltin se jkunu msammrin mal-iscreens tat-televiżjoni jew fuq it-tablets tagħhom hekk kif Malta tieqaf biex issegwi l-interpretazzjoni li se tagħti l-ambaxxatriċi ta’ pajjiżna f’Tel Aviv.
Michela se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-Iżrael bil-kanzunetta Chameleon, determinata li tpoġġi lil-pajjiżna fil-finali ta’ nhar is-Sibt.
Bookmakers barrarnin qed ipoġġu lil Malta mal-ewwel 10 fil-finali, li tfisser li Michela għandha tagħmilha bla problemi biex tikkwalifika llejla
Fost il-kanzunetti favoriti hemm Arcade ta’ Duncan Laurence li se jirrappreżenta lill-Olanda, b’ John Lundvik tal-Iżvizzera warajh, b’Too late for love.
Ir-Russja, l-Awstralja u l-Azerbaijan ukoll qed jidhru li jistgħu jiklassifikaw mal-ewwel ħamsa tal-finali.
Fl-aħħar sentejn, Malta naqset li tikkwalifika għall-finali, bl-aħħar kantanta li rnexxielha tagħmel dan tkun Ira Losco 3 snin ilu b’Walk on Water u li biha Malta spiċċat fit-12-il post.
Id-dilettanti ta’ dan il-festival f’pajjiżna ta’ kull sena jittamaw li jaraw lil Malta tirbaħ din il-kompetizzjoni, tamiet li l-aħħar darba li kienu qrib ferm biex jimmaterjlizzaw ruħhom kien fl-2005 meta Chiara kisbet it-tieni post bil-kanzunetta Angel.
Issa, nistennew u naraw x’se jiġri llejla.
//= $special ?>