F’dibattitu politiku tal-Awtorità tax-Xandir, il-Kunsillier tal-Fgura Charles Bonello, li hu l-ko-ordinatur tal-PN ghall-Kunsilli Lokali, tenna l-impenn tal-Partit Nazzjonalista li jagħti lir-residenti ta’ kull lokalitá kunsillieri li jaħdmu l-ewwel u qabel kollox favur ir-residenti.
Filwaqt li l-kandidat tal-Partit Laburista Dominic Grech kellu jara kif se jbenġel il-pożizzjoni tal-Partit tiegħu fir-rigward tal-Kunsilli, anke fid-dawl ta’ kliem Joseph Muscat li ftit jiem ilu tenna li l-kunsilli mhumiex is-super favoriti tiegħu, Charles Bonello fakkar li kieku ma kienx għall-Partit Nazzjonalista, kieku l-kunsilli ma jeżistux.
Charles Bonello fakkar kif il-Gvern ivvota kontra kważi kull waħda mit-80 proposta li għamel il-Partit Nazzjonalista għar-riforma fil-kunsilli lokali, biex imbagħad il-Partit Laburista ħareġ numru minnhom fil-manifest elettorali.
Hu semma wkoll għadd ta’ sfidi li l-Gvern naqas li jinkludi fil-manifest elettorali tiegħu, fosthom l-inkwiet tar-residenti tal-Munxar dwar id-demmmiela proposta għall-lokalità tagħhom.
//= $special ?>