Erbat irġiel ġew illiberati minn kull akkuża wara li l-Qorti sabet li l-akkużi miġjuba kontrihom kienu infondati.
L-istorja tmur lura sal-2011 meta l-erbat irġiel ġew akkużati bi frodi minn għadd ta’ infermiera Pakistani. L-infermiera kienu ffirmaw kuntratt ta’ xogħol mal-irġiel, iżda ftit wara li bdew jaħdmu numru minnhom fetħu kawża fili-Qorti kontra Raymond Bonavia, David Athwal, Frankie Agius u Stephen Grech.
L-infermiera Pakistani allegaw li l-irġiel Maltin kienu ffrodawhom u li kienu jagħmlu parti minn organizzazzjoni kriminali.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti sabet li ma kienx hemm irregolaritajiet fil-kuntratti ffirmati ħlief għall-fatt li kuntratt wieħed ma kienx iffirmat quddiem nutar.
Il-Qorti sabet ukoll li kien ċar li l-kuntratti ffirmati kienu regolari u li l-infermiera kollha kienu qablu mal-kundizzjonijiet tal-kuntratt qabel il-wasla tagħhom f’pajjiżna. Jidher li li ġara kien li ftit wara li ntagħżlu għal-impjieg, wieħed mill-infermiera beda jirriffjuta li jagħmel il-pagamenti dovuti għall-ingaġġ.
L-infermiera li għamlu dawn l-akkużi għadhom jaħdmu Mater Dei sal-lum.
Din l-istorja kienet intużat fi spin mill-media Laburista hekk kif is-Super One u l-Kulħadd għawġu l-fatti biex pruvaw jieħdu vantaġġ politiku minn storja li issa ġie kkonfermat li ma kienx fiha verità.
Għall-akkużati deher l-avukat Joe Giglio .
//= $special ?>