Lokali

Malta tikkwalifika għall-finali tal-Eurovision Song Contest

Malta kwalifikat għall-finali tal-Eurovision Song Contest 2019 – din is-sena f’Tel Aviv, fl-Iżrael.

Dan wara li pajjiżna kiseb il-kwalifika mit-tieni semi finali grazzi għall-wirja impekkabli tal-kantanta żagħżugħa Michela Pace li kantant fil-ħdax-il post qalb diversi pajjiżi favoriti li jirbħu l-festival ta’ din is-sena.

Sa mill-ewwel ġurnata l-kanzunetta Chameleon kienet favorita li tgħaddi għal finali ankè mal-odds barranin u grazzi għal prestazzjoni tal-Għawdxija tant għal qalb il-Maltin, din saret realtà.

Michela Pace ser tkun qed terġà titlà fuq il-palk tal-Eurovision fil-finali ta’ nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju.