Attività soċjali fil-Mosta rat il-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali jingħaqdu flimkien u jwasslu l-proposti u l-ħsibijiet tagħhom ghall-lokalita’.
Fil-preżenza tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, is-Sindku preżenti tal-Mosta Keith Cassar elenka l-ħidma li wettaq dan il-kunsill fl-aħħar snin filwaqt li enfasizza l-importanza li kulħadd jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista nhar il-25 ta’ Mejju.
Frans Deguara spjega l-ħidma li saret f’riżq l-anzjani permezz tal-proġett Mosta Solidali.
Joe Gatt, kandidat ġdid fuq din il-lokalità saħaq li kunsilliera Nazzjonalisti għandhom ikomplu b’aktar ħidma sfieqa fil-Mosta. Filwaqt li l-kandidat Jesmond Gauci appella biex l-attivisti jkomplu jikkonvinċu lir-residenti jagħtu l-fiduċja tagħhom lill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista.
Mikhail Micallef, kandidat ieħor ġdid għall-Mosta, rringrazzja mill-qalb lill-Mostin kollha li laqgħuh f’darhom, filwaqt li Angele Rapa tat dettalji dwar l-aspett legali tal-ħidma li wettaq il-kunsill f’dawn l-aħħar snin.
Minn naha tiegħu Aiken Zerafa, kandidat ieħor ġdid, għamel appell liż-żgħażagħ Mostin biex joħorġu jivvutaw għall-kandidati kollha tal-PN.
Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll għadd ta’ kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
//= $special ?>