Lokali

Adrian Delia jibqa’ jistieden lil Muscat għad-dibattitu ta’ Xarabank

Jekk il-Gvern irid jiddibatti l-abort, Muscat għandu l-ewwel ċans illejla stess għal dibattitu.

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Adrian Delia waqt il-laqgħa taħt it-tinda li saret ilbieraħ f’Birkirkara fejn hu reġa’ sfida lill-Prim Ministru biex jaċċetta l-istedina għad-dibattitu f’Xarabank illejla fuq TVM.

Adrian Delia insista li l-attitudni ta’ Muscat turi li l-Gvern jinsab f’paniku.

Il-Kap tal-PN qal li fuq l-abort il-PN se jkun ċar, iżda Joseph Muscat irid jipproposni d-dibattitu għal wara l-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju. Tant li qed jibqa’ jaħrab mid-dibattitu ta’ Xarabank.