Lokali

BIL-FILMAT: Persuna l-isptar wara li dgħajsa inkaljat mal-blat b’seba’ persuni fuqha

Azzjoni f’waqta wasslet biex seba’ persuni ġew salvati fil-ħin hekk kif dgħajsa għerqet inkaljata mal-blat viċin il-Fortizza f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ aktar kmieni llum għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident iżda jidher li qabel ma wasslu l-AFM biex itellgħu d-dgħajsa, din laħqet għerqet. Hu maħsub li d-dgħajsa kellha xi ħsarat tekniċi, filwaqt li bil-mewġ tmexxiet il-ġewwa lejn il-blat.

Jidher li ssejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lil mara ta’ 41 sena minn Naxxar l-Isptar Mater Dei għal kura. Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.

Iktar dettalji kif jidħlulna.