Sport Sport Ieħor

Bilbao jirbaħ is-seba’ stadju tal-Giro d’Italia

(Ritratt: EPA)
Valerio Conti jibqa' jżomm il-flokk roża

L-Ispanjol Pello Bilbao rebaħ is-seba’ stadju tal-Giro d’Italia minn Vasto sa L’Aquila, hekk kif Valerio Conti żamm il-flokk roża, fi stadju veloċi fir-reġjun ta’ Abruzzo fiċ-ċentru tal-Italja. Bilbao kien parti minn grupp ta’ 12-il ċiklist li niżel għal ħamsa fil-fażi finali tal-istadju twil 185 kilometru.

Iċ-ċiklist ta’ 29 sena nqata’ bi ftit aktar minn kilometru għat-tmiem, bil-Franċiż Tony Gallopin jegħleb lil Davide Formolo għat-tieni post. Lucas Hamilton u Mattia Cattaneo komplew l-ewwel ħamsa. Aktar kmieni fil-ġurnata, Fernando Gaviria abbanduna t-tellieqa minħabba li weġġa’.

Fil-klassifika ġenerali, Conti jinsab minuta u 32 sekonda fuq il-veteran Jose Joaquin Rojas, bl-Ispanjol ta’ 33 sena spiċċa fis-sitt post fl-istadju. Giovanni Carboni jinsab it-tielet minuta u 41 sekonda wara Conti. It-tmien stadju jsir illum minn Tortoreto Lido sa Pesaro, b’distanza ta’ 239 kilometru.