Il-karriera ta’ Iker Casillas mistennija tintemm hekk kif se jkun qed jirtira wara li sofra minn attakk ta’ qalb u ħareġ mill-isptar fis-6 ta’ Mejju. Il-President tal-klabb qal lill-gazzetta Portugiża O Jogo li huma qed ifittxu gowlkiper ġdid iżda kompla li jrid iżomm lill-Ispanjol fl-istruttura tal-klabb.
Casillas ingħaqad ma’ Porto fl-2015 wara 16-il sena ma’ Real Madrid. Hu rebaħ il-Primeira Liga ma’ Porto l-istaġun li għadda u f’Marzu iffirma kuntratt ġdid sa tmiem l-istaġun li ġej b’għażla għal sena oħra. Il-gowlkiper Spanjol li ftit jiem oħra jagħlaq 38 sena, lagħab 725 logħba ma’ Real Madrid u fost l-unuri rebaħ tliet darbiet iċ-Champions League u ħames darbiet il-kampjonat Spanjol. Mat-tim nazzjonali Spanjol, Casillas rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2010 u l-Kampjonat Ewropew fl-2008 u fl-2012.
//= $special ?>