Lokali

Għandek ċans sa nofsinhar biex tirreġistra għall-early voting

Għada tibda l-ewwel parti tal-votazzjoni għall-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew hekk kif matul il-ġurnata fin-Naxxar ikun qed isir l-early voting.

Dawk il-votanti li jixtiequ jivvutaw għada minflok fil-25 ta’ Mejju minħabba każijiet ta’ safar jew sptar, illi jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar jew fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, biex jieħdu l-ġurament stipulat sal-lum f’nofsinhar.

Kull applikant għandu jieħu l-karta tal-Identita’ jew tar-Residenza tiegħu.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fit-18 ta’ Mejju illi jrid ikollhom id-dokument/i tal-vot.

Dawk reġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti reġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.