“Pajjiżna għandu bżonn pjan konkret dwar l-influss ta’ barranin”
Il-Prim Ministru Joseph Muscat illejla mhux talli ħarab hu mid-dibattitu, talli lanqas kien kapaċi jafda tal-anqas tnejn mill-kandidati tiegħu stess fuq il-programm Xarabank. Dan għaliex il-post ta’ kandidat ittieħed mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
Għall-Partit Nazzjonalista kien hemm il-Kandidati għall-Parlament Ewropew Frank Psaila u Peter Agius. Fid-dibattitu ħadet sehem ukoll il-kandidata tas-Soċjalisti Maltin Miriam Dalli.
Il-Kandidat Frank Psaila sostna li l-pjan ta’ Joseph Muscat jidher ċar. Dan għaliex iż-żewġ persuni mibgħuta mill-Partit Laburista fiha ħafna x’tifhem l-għaliex huma ż-żewġ persuni li potenzjalment ser ikunu fost il-kontestanti għat-tmexxija tat-tellieqa tal-Partit Laburista.
Huwa saħaq li ppretenda li l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, ġaladarba ġie f’dan id-dibattitu, jagħmel apoloġija pubblika lill-poplu Malti u Għawdxi għall-bejgħ tal-isptarijiet lill-privat.
Il-Kandidat għall-Parlament Ewropew Peter Agius saħaq li dan il-Gvern m’għandux pjan dwar kif ser jospita lill-barranin. Din hija sitwazzjoni fejn għandha bżonn studju. Għalhekk, kompla Agius, il-Partit Nazzjonalista m’għandu l-ebda problema bil-barranin iżda hemm bżonn ta’ pjan konkret.
Huwa aċċenna wkoll għall-kriżi li hemm fil-kurituri fl-Isptar Mater Dei.
Intant, Miriam Dalli sostniet li hija qatt ma vvotat favur l-abort – madanakollu l-fatti juri mod ieħor. Tant hu hekk li iswed fuq l-abjad juri biċ-ċar li l-Membru Parlamentari Ewropew tas-Soċjalisti vvotat xejn inqas minn 16-il darba favur il-qtil tal-ħajja umana.
//= $special ?>