Lokali

Jiddaħħal l-isptar wara ġlieda f’Tas-Sliema

Raġel ta’ 38 sena residenti Birkirkara ddaħħal l-isptar Mater Dei isofri minn ġrieħ gravi wara li dalgħodu għall-ħabta tat-8.30am kien involut fi ġlieda fi Triq il-Katidral, Tas-Sliema.

Fuq il-post issejħu l-pulizija tad-distrett li minnufih bdew stħarriġ preliminari.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li r-raġel kellu xi jgħid ma’ żewġt irġiel oħra it-tnejn residenti l-Gżira.

Issejħet ukoll ambulanza li ħadet lill Karkariż l-isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.