Internazzjonali

Joqtol tal-anqas 9 pazjenti biex jipprova joħroġ t’eroj

Ritratt: South China Morning Post

Anestetista Franċiż qed jiġi akkużat li vvelena pazjenti waqt interventi mediċi b’tali mod li wassal biex dawn il-pazjenti  jsofru minn attakki tal-qalb biex imbagħad jipprova jerġa jġibhom lura minn xifer il-mewt biex joħroġ ta’ eroj.

F’disgħa minn dawn l-okkażjonijiet, hu falla u l-pazjenti tilfu ħajjithom.

Maġistrati li qed jinvestigaw sabu evidenza li jorbtu lit-tabib Frederic Pechiers ma’ 24 minn 66 każi ta’ inċidenti suspettużi  fil-klinika fejn kien jipprattika.

Is-suspett huwa li Pechier kien jinjetta dożi letali ta’ potassium chloride jew anesteżija waqt interventi żgħar.

It-tabib ta’ 47 qed jiċħad l-akkużi, iżda l-prosekuzzjoni talbet li jinżamm taħt arrestat.