Kien Joseph Muscat innifsu li ried jagħmel dawn l-elezzjonijiet waħda presidenzjali bejnu u bejn il-Kap tal-PN Adrian Delia, li kien lest li jmur u jiddibatti fuq Xarabank li kieku l-Prim Ministru aċċetta.
Minflok Joseph Muscat ma jridx jiddibatti fuq il-manifest tal-ħabib tiegħu Frans Timmermans u tas-Soċjalisti Ewropej fejn iridu jimponulna l-abort u jċaħħdulna d-dritt li nibqgħu aħna li niddeċiedu fuq it-taxxa.
Joseph Muscat ċaħħad lill-poplu u Malti u Għawdxi minn dibattitu importanti ftit jiem qabel l-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju fuq l-aktar programm televiżiv popolari fuq l-istazzjon nazzjonali. Dan bl-istess mod kif il-Prim Ministru qiegħed iċaħħad lill-poplu Malti u Għawdxi kollu mir-rapporti sigrieti li qed iżommhom “fil-kexxun” u jċaħħad il-Parlament minn ħafna diskussjonijiet.
Dan huwa l-mod kif il-Gvern Soċjalista joħnoq il-proċess demokratiku f’pajjiżna, u dan b’deċiżjoni “strateġika” kif diġà l-Prim Ministru ġie rrappurtat mill-midja. Allura bir-raġun li l-ġurnalisti qegħdin jistaqsu x’għandu x’jaħbi Joseph Muscat?