Lokali

L-MEA tgħid li sistema unika ta’ tassazzjoni hi “theddida kbira”

Hi theddida kbira għas-settur finanzjarju u tal-igaming, daqskemm għas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija u li jiggwadanjaw b’mod indirett.

Hekk qal id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) Joe Farrugia meta mistoqsi jekk jaħsibx li s-sistema unika ta’ tassazzjoni li jrid il-Kandidat għas-Soċjlalisti Frans Timmermans.tistax tissarraf f’theddida.

NET News tkellem ma’ Joe Farrugia ftit tal-jiem wara li kien magħurf li Timmermans irid idaħħal il-proposta li twassal biex pajjiżna jkun żvantaġġat. Farrugia fakkar kif kien biss grazzi għas-sistema unika tat-taxxi, li għadna nużaw sal-lum, li pajjiżna attira investimenti bħal tas-settur finanzjarju u l-igaming.

Bl-istess mod, gawdew b’mod indirett ukoll għadd ta’ setturi oħra, partikolarment dawk li jmissu mal-kostruzzjoni.

Id-Direttur Ġenerali tal-MEA kompla li l-Assoċjazzjoni ilha sentejn li pproponiet it-triq ‘il quddiem, f’każ li s-sistema jkollha tinbidel. Qal li b’hekk, irridu naraw li pajjiżna jibqa’ attraenti, anke jekk jintilef dan il-vantaġġ.