Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat spiċċa jigdeb biex isib l-iskużi għaliex beża’ jmur jiddibatti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’Xarabank.
Bħalma jiġri f’kull kampanja elettorali, il-produzzjoni ta’ Xarabank stiednet liż-żewġ mexxejja politiċi għal dibattitu. U filwaqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista aċċetta l-istedina immedjatament, il-Mexxej Soċjalista Malti baqa’ jahrab dan id-dibattitu.
Mistoqsi minn NET News għaliex iddeċieda hekk, Muscat prova jallega li sar ftehim bejn iż-żewġ partiti għal żewġ dibattiti biss bejn il-mexxejja.
Iżda dan mhux minnu għax NET News jinsab infurmat li dan il-ftehim qatt ma seħħ u kien għalhekk, li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista laqa’ din l-istedina immedjatament. Għaldaqstant, għadu mhux magħruf għaliex Muscat qed ikompli jaħrab minn dibattitu waqt il-programm Xarabank.
Sadanittant, wara t-tweġiba xotta tiegħu, Muscat ħarab mill-mikrofoni tal-ġurnalisti, meta mistoqsi jekk ħarġitlux l-istedina mill-produzzjoni tal-programm.
Sadanittant, waqt id-domandi tal-gurnalisti, Muscat reġa’ uża’ lill-Avukat Ġenerali biex jistaħba warajh dwar jekk hux se jippubblika r-rapport sħiħ tal-Inkjesta Egrant. Dan minkejja li ghamel weghda solenni li lest jippubblika l-inkjesta – decizjoni li qed jibqa’ jibza’ jaghmilha.