Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka tirtira mill-Open tal-Italja

(Ritratt: EPA)

Naomi Osaka rtirat mill-Open tal-Italja minħabba uġigħ f’idejha. Il-Ġappuniża ta’ 21 sena kienet skedata li tilgħab kontra Kiki Bertens. Din l-aħbar hi aktar negattiva għal Osaka qabel l-Open ta’ Franza, bil-Grand Slam mistenni jibda fis-27 ta’ Mejju.

Osaka rebħet l-aħħar żewġ Grand Slams. Il-Ġappuniża mhix l-ewwel tennista li rtirat minn dan it-tournament, hekk kif Serena Williams weġġgħet l-irkoppa filwaqt li Caroline Wozniacki għandha uġigħ fil-pexxun.